Information about the Event

The much lauded Muzika Muzika extravaganza returns to our venue after the very successful 2021 edition. As this competiton based event is to primarily showcase Maltese talent, the below information is in Maltese. Live shows will run from March 24th through to the final night on March 27th.

 

Festival Kanzunetta Maltija huwa pjattaforma prestiġjuża għallkanzunetta Maltija f’ġeneri differenti ta’ mużika bħal ballads, rock, pop, r’n’b, jazz, blues, country u ħafna iktar. Edizzjonijiet passati ta’ dan il-festival tilfu triqathom matul iż-żmien, b’kanzunetti miktubin minn awturi u kompożituri internazzjonali, lirika bil-lingwa Ingliża u mużika rrekordjata. Bis-saħħa ta’ dan il-festival aħna ser nerġgħu nagħtu ġieħ lil-lingwa Maltija u lill-artisti tagħna, billi noffru spazju fejn tista’ tindaqq, u tiġi apprezzata ilmużika Maltija. Permezz ta’ Orkestra live u proċess ġust u rogoruż għall-għażla tal-parteċipanti, dan il-Festival qed jagħti żbokk ta’ livell għoli għall-Kanzunetta Maltija. Tlett iljieli ta’ mużika, b’ċelebrazzjoni tal-lingwa nazzjonali tagħna u tat-talent lokali li tant huwa abbundanti; spazju ferm xieraq għall-Kanzunetta Maltija.

Storja

Bidu Umli

Il-‘Malta Song Festival’ jaf il-bidu tiegħu minn grupp żgħir fl-1960, fejn il-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara (ŻĦN) organizzaw l-ewwel festival tal-mużika fil-gżejjer Maltin. Ftit wara, festivals oħra għamlu l-istess, bit-tnedija tas-‘Song for Europe’; bir-rebbieħ tiegħu jirrapreżenta lil Malta fil-‘Eurovision Song Contest’. Dan ġie segwit bl-‘Għanja tal-Poplu’, sponsorjat mill-‘Youth Travel Circle’ (YTC), li għadu qed jittella’ kull sena sal-ġurnata tal-lum. Dan il-festival addotta stil differenti, u sa 2016 serva ta’ vetrina għal kompożizzjonijiet Maltin ibbażati fuq temi soċjali.

It-Twelid tal-Mużika Maltija

Il-‘Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija’ twieled uffiċjalment fl-1981, bl-idea li l-mużika Maltija, flimkien ma’ kantanti, awturi u kompożituri lokali, tilħaq rikonoxximent internazzjonali. Il-kunċett ewlieni ta’ dan il-festival kien biex jinkoraġġixxi kantanti minn pajjiżi oħra biex jipparteċipaw b’kompożizzjonijiet Maltin addattati għall-istil ta’ mużika u l-lingwa tagħhom. Apparti minn hekk, il-festival fetaħ bibien lil bosta artisti lokali, għax l-ewwel, it-tieni u t-tielet post dejjem kienu jiġu mistiedna jikkompetu f’festivals internazzjonali. Kien hemm drabi fejn anke kantanti mhux rebbieħa ntagħżlu, u xi artisti barranin saħansitra żiedu kompożizzjonijiet Maltin fuq ic-CD tagħhom.

​Waqfa Ħesrem

Wara għoxrin sena konsekuttiva, Il-‘Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija’ ġie mwaqqaf ħesrem fl-2002, b’sorpriża għal ħafna delettanti tal-festival.

​Wara ħdax-il sena dan il-festival irritorna fl-2013, u għalkemm kellu baġit minimu, xorta ġie milqugħ tajjeb minn awturi, kantanti u kompożituri lokali. Dan ir-ritorn kien wieħed qasir, għax il-festival ma kompliex wara dik is-sena, ħlief darba f’Lulju tal-2016 taħt l-isem ta ‘L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija’.

Minn dakinhar ‘l hawn kompożituri, awturi u kantanti baqgħu jittamaw li l-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija jirritorna.

Ritorn Grandjuż

Din is-sena, permezz tas-sapport tal-Prim Ministru Dr Robert Abela u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u L-Gvern Lokali Hon. Dr José Herrera, l-festival ser jieħu żvolta oħra u ser jirritorna bil-kbir. Taħt il-kappa ta’ Festivals Malta, il-festival bl-isem il-ġdid ta’ ‘Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija’ fl-aħħar ser ikollu l-preġju li tant jixraqlu.

Date

24th March 2022

Time

2030hrs