Information about the Event

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb reġa’ wasal.
F’Novembru li ġej se tkun tista’ tattendi attivitajiet għall-adulti u t-tfal b’xejn kemm in persona u anki mxandra diretti f’darek. Il-programm kulturali se jkun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin u jkun jinkludi taħlita ta’ tnedijiet ta’ kotba, qari, laqgħat mal-awturi, poeżija, u seminars b’pubblikaturi u awturi lokali u internazzjonali.
Għall-ewwel darba fl-istorja l-Festival se jsir l-MFCC Ta’ Qali, u se jkun mifrux fuq medda estiża ta’ spazju ta’ esebizzjoni għall-pubblikaturi, il-ħwienet tal-kotba, u l-NGOs. Se jkun hemm anki mkejjen għall-attivitajiet li jilqgħu fihom preżentazzjonijiet u diskussjonijiet dwar il-kotba. B’aktar minn 8,000 metru kwadru ta’ spazju disponibbli l-istands se jkunu akbar u l-kurituri usa’, u b’hekk aktar kumdità biex tqalleb fil-kotba u esperjenza isbaħ ta’ xiri kif jaf joffri l-MFCC (barra li parking mhux problema). Din l-edizzjoni speċjali se tinħadem b’mod ibridu, u allura qed inħeġġu lill-komunità tal-ħabbieba tal-kotba jerġgħu lura jqallbu u jixtru l-kotba u jgħixu mill-ġdid dak l-ispirtu ta’ ġenjalità, skambju u kreattività.
Filgħodijiet fost il-ġimgħa se jkunu ddedikati għat-tfal tal-iskola. Beħsiebna nintroduċuhom għad-dinja maġika u avventuruża tal-awturi lokali b’xows ibbażati skont l-età ta’ kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka u li se jintbagħtu direttament fil-klassi.
Vawċer ta’ €5, li jkun jista’ jissarraf mingħand il-ħwienet online jew fiżiċi tal-eżebituri tal-Festival, jintbagħat lil kull student li jiġi rreġistrat għall-Festival. Din hija opportunità sabiex l-istudent jiżviluppa l-ħila tal-apprezzament tal-istejjer, jiġi inkuraġġut jaqra, u jitgħarraf dwar dak li qed jiġi ppubblikat. Kull għalliem/a se jintbagħatlu ċirkulari, u jista’ jibbukkja studenti kemm irid.
_______________________________________
The Malta Book Festival is back.
This November you’ll be able to enjoy events for adults and children for free, in person and streamed straight into your home. The cultural programme will be published in the coming weeks and includes a mix of book launches, readings, meetings with authors, poetry readings, and seminars featuring local and international publishers and authors.
For the first time the Festival will be taking place at the MFCC, Ta’ Qali, and will be making use of an expanded exhibition space for publishers, booksellers and NGOs, and activity areas for the numerous book presentations and discussions. With over 8,000 square metres of footage, book stands will be larger and corridors wider, thus allowing for a more comfortable book browsing and purchasing experience at the MFCC (as well as hassle-free parking). A special hybrid edition is aiming to allow the book-loving community to go back to book browsing and purchasing, and relive the spirit of inventiveness, exchange and creativity as every year.
Weekday mornings are dedicated to schoolchildren, introducing them to the magical and adventurous worlds of Malta’s best children’s authors, and ensuring a memorable experience with age-appropriate performances based on Terramaxka Prize winning works streamed straight to the classroom.
A €5 voucher redeemable at any of our exhibitors’ online and MBF shops will be sent to each and every student that is registering to participate in this year’s Festival, providing an opportunity for students to develop the skills to appreciate stories, encourage reading, and acquaint them with local publications. All teachers will sent a circular and may book for any number of students.
Date

03rd November 2021

Time